Sunday, May 5, 2024

Mara ssofri ġrieħi gravi wara li waqgħet minn għoli f’Ħaż-Żebbuġ

Aqra wkoll

Mara sofriet ġrieħi wara li aktar kmieni għall-ħabta tal-11:30 a.m il-Pulizija ġiet infurmata li persuna kienet waqgħet ġo residenza fi Triq Dun Karm Psaila, Ħaż-Żebbuġ.

Minn stħarriġ illi sar irriżulta li mara ta’ 59 sena residenti Ħaż-Żebbuġ, kienet waqgħet madwar sular għoli waqt li kienet qiegħda tnaddaf.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u aktar tard, ġiet iċċertifikata li weġġgħet gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Sport