Mara tinstab bla ħajja f’għalqa fil-Marsa

Aqra wkoll

Aktar kmieni llum, għall-ħabta tal-10:20 a.m.,, Pulizija li kienu għaddejjin fuq ronda bil-pass ġew avviċinati minn persuna li infurmahom li, f’għalqa li tinsab biswiet Triq is-Salib tal-Marsa, Marsa, kien hemm mara li allegatament kienet bla ħajja.

Il-Pulizija marru immedjatament fuq il-post fejn ġie kkonfermat ir-rapport. Minnufih intalbet l-assistenza ta’ aktar uffiċjali, fejn minnufih bdew l-investigazzjonijiet.

Aktar tard, il-vittma ġiet identifikata li hija Maltija ta’ 47 sena, residenti San Pawl il-Baħar. Il-Maġistrat Dr. Joe Mifsud LL.D. kien infurmat bil-każ u fetaħ inkjesta, mgħejjun minn diversi esperti.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan il-każ għadhom għaddejjin.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport