Monday, December 23, 2024

Mara tmut wara li ngħatat n-nar fi New York

Aqra wkoll

Raġel ġie arrestat fil-belt ta’ New York b’suspett li kien hu li ta n-nar lil mara fl-istazzjoni tal-ferrovoja Brooklyn.

Il-Kummissarju tal-Pulizija Jessica Tisch f’konferenza tal-aħbarijiet ideskriviet dan il-każ bħala “wieħed mill-agħar atti kriminali li persuna tista’ twettaq fuq persuna oħra.”

Tisch qalet li l-mara kienet qiegħda fl-istazzjoni ta’ Brooklyn meta twaqqfet minn raġel li ta n-nar permezz ta’ lighter.

Il-mara li isimha mhux qiegħed jixxandar mietet fuq il-post. Ir-raġel ġie arrestat wara informazzjoni li daħlet mingħand grupp ta’ studenti li kienu fuq il-post u raw kollox.

Minkejja li l-istudenti qalu li l-mara kienet mixja fl-istazzjoni meta twaqqfet mir-raġel, il-pulizija għadhom qegħdin jaraw il-kameras tas-sigurtà fuq suspetti li l-vittma kienet rieqda fl-istazzjoni għax damet biex indunat li hija kienet qiegħda tingħata n-nar.

Mill-ewwel investigazzjonijiet jirriżulta li ma kien hemm l-ebda kuntatt bejn ir-raġel u l-mara qabel ma seħħ l-attakk tant li hemm suspetti li ż-żewġ persuni ma kinux jafu lil xulxin qabel.

Tisch qalet li fis-sular ta’ fuq tal-istazzjoni kien hemm diversi uffiċjali tal-Pulizija li malli xammew riħa qawwija ta’ duħħan niżlu biex jaraw x’kien qiegħed jiġri. Kien hawn li huma raw mara fuq ġewwa ta’ ferrovija li kienet ħuġġieġa nar.

Ekonomija

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport