Saturday, September 7, 2024

Marc Guehi fir-radar ta’ Manchester United

Aqra wkoll

Manchester United qed jitħajru jakkwistaw is-servizzi tad-difensur ċentrali Marc Guehi. Dan tal-aħħar għandu 23 sena u bħalissa qed jilgħab ma’ Crystal Palace. Hu kien parti mit-tim nazzjonali Ingliż fir-rebħa li kellhom kontra l-Italja bl-iskor ta’ 3-1 meta daħal jilgħab fit-tieni taqsima.

Il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Haag sostna li Guehi għandu l-kwalitajiet meħtieġa biex jagħmel parti mill-pjan tattiku tiegħu.

Hu ilu ma’ Crystal Palace sa mis-sena 2021 fejn lagħab tmenin logħba u skorja tliet gowls.

Ekonomija

Sport