Marc Guehi rtira mill-iskwadra nazzjonali tal-Ingilterra minħabba injury fil-ġenbejn li sofra waqt it-telfa ta’ 3-1 ta’ Manchester City kontra Nottingham Forest.
Id-difensur kellu jinbidel fil-mistrieħ u wara l-eżamijiet mediċi ġie deċiż li mhux se jkun jista’ jipparteċipa fil-partiti li jmiss tal-UEFA Nations League. Guehi se jibqa’ ma’ Manchester City biex ikompli jirkupra mill-injury.
Il-coach, Thomas Tuchel, sejjaħ lil Dan Burn ta’ Newcastle United biex jieħu postu fl-iskwadra Ingliża.
L-Ingilterra se tilgħab kontra l-Kroazja f’Wembley nhar il-Ħamis 12 ta’ Novembru, qabel tiffaċċja lil Spanja f’Madrid tlett ijiem wara, fil-konfronti finali tagħha tal-fażi tal-gruppi.




