Investiment ta’ €60 miljun f’impjant ġdid tar-reverse osmosis f’Ħal Far

Aqra wkoll

Impjant ġdid tar-reverse osmosis f’Ħal Far, b’investiment ta’ madwar €60 miljun, se jkun kapaċi jipproduċi 40 miljun litru ta’ ilma tajjeb għax-xorb kuljum, biex b’hekk tiġi rduppjata l-kapaċità attwali tal-produzzjoni.

Il-proġett tħabbar it-Tnejn filgħodu mill-Ministru għall-Enerġija u l-Ambjent, Miriam Dalli, bħala parti mill-pjan tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma biex tkompli ssaħħaħ il-provvista tal-ilma f’Malta.

Dan l-investiment għandu l-għan li jżid il-kapaċità tal-produzzjoni tal-ilma potabbli mill-baħar, filwaqt li jsaħħaħ is-sigurtà u r-reżiljenza tal-provvista tal-ilma fil-pajjiż.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport