Marc Marquez beda l-Grand Prix tal-Qatar b’mod pożittiv hekk kif irreġistra l-aħjar ħin fl-ewwel sessjoni ta’ provi liberi tal-MotoGP fiċ-ċirkwit ta’ Lusail.
Is-sewwieq Spanjol tad-Ducati waqqaf l-arloġġ f’minuta u 52.278 sekondi, u temm quddiem Marco Bezzecchi tal-Aprilia u Fabio Di Giannantonio tal-VR46 Ducati.
Pedro Acosta u Jorge Martin temmew fir-raba’ u l-ħames post rispettivament.
Madankollu, fis-sessjoni tal-prattika ta’ filgħaxija, kien Di Giannantonio li kiseb l-aħjar ħin ġenerali ta’ 1:50.406, b’Marquez jispiċċa fit-tieni post, 0.142 sekondi warajh.




