Saturday, November 7, 2026
Home Sport Bayern Munich lesti li jħallsu somma kbira għal Rio Ngumoha ta’ Liverpool

Bayern Munich lesti li jħallsu somma kbira għal Rio Ngumoha ta’ Liverpool

0
33

Bayern Munich mistennija jerġgħu jippruvaw jakkwistaw lill-winger żagħżugħ ta’ Liverpool, Rio Ngumoha, hekk kif il-club Ġermaniż qed jikkunsidra li jagħmel offerta għall-attakkant fis-suq tat-trasferimenti ta’ Jannar fejn lest li jħallas ukoll €80 miljun.

Skont rapporti fil-midja Ingliża u Ġermaniża, Bayern għadhom interessati fis-servizzi tal-player ta’ 18-il sena, li qed jitqies bħala wieħed mill-aktar talenti promettenti fil-futbol Ewropew.

Il-club Bavarjan kien diġà pprova jakkwista lil Ngumoha matul is-suq tat-trasferimenti tas-sajf li għadda, iżda Liverpool ma kinux lesti jċedu lill-player u minflok Bayern daru fuq Ismael Saibari.

Bayern qed ifittxu li jsaħħu l-għażliet tagħhom fuq il-linja tax-xellug tal-attakk, speċjalment fid-dawl tal-problemi ta’ injuries li affettwaw lil diversi players tagħhom.

Madankollu, Liverpool mhumiex mistennija jagħmluha faċli għall-club Ġermaniż. It-tmexxija ta’ Anfield tqis lil Ngumoha bħala parti importanti mill-proġett tagħha u qed taħdem biex testendi l-kuntratt tiegħu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here