Marcos Alonso xejn m’hu qed ikollu staġun pożittiv f’kull sens. Il-winger internazzjonali Spanjol lagħab biss seba’ partiti matul dan l-istaġun bejn kampjonat Spanjol u UEFA Champoins League ma’ Barcellona u issa rċieva l-aħbar il-ħażina li jrid jiġi operat.
L-eks plejer ta’ Chelsea qed jittama li l-injury persistenti li għandu f’dahru titfejjaq b’din l-operazzjoni bit-tobba li għadhom ma jistgħux jagħtuh ċertezza meta ħa jirritorna fil-grawnd.