Thursday, July 23, 2026
Home Sport Marcus Thuram segwit minn Manchester United

Marcus Thuram segwit minn Manchester United

0
563

Manchester United xeħtu għajnejhom fil-plejer ta’ Borussia Monchengladbach, Marcus Thuram. Dan tal-aħħar għandu 25 sena u jilgħab kemm bħala winger kif ukoll bħala attakkant.

Ir-Red Devils mistennija jmorru għalih matul dan ix-xahar għalkemm iridu joqogħdu attenti mill-konkorrenza ta’ Inter li wkoll jixtiequ jiksbu s-servizzi tiegħu.

Thuram għad fadallu sitt xhur kuntratt mat-tim Ġermaniż. Hu lagħab 96 partita magħhom u skorja 31 gowl.