Monday, May 13, 2024

ARA: Tieqaf tagħmel il-bżonnijiet tagħha maġenb karozza pparkjata

Aqra wkoll

Residenti f’San Ġiljan qed jilmentaw dwar filmat li qiegħed jiċċirkola fil-midja li juri mara tieqaf fuq bankina wara karozza pparkjata biex tagħmel il-bżonnijiet tagħha.

Din mhix l-ewwel darba li r-residenti lmentaw dwar din il-problema fejn fl-aħħar xhur numru ta’ residenti lmentaw minn persuni xurbana li wara ljieli jixorbu jispiċċaw jagħmlu l-bżonnijiet tagħhom quddiem il-bibien tagħhom, inluż f’parapetti.

Dan l-att huwa kundannabbli b’ċitazzjoni għal persuni li jinqabdu fil-fatt. Barra minn hekk, minbarra l-fatt li persuna jkun qiegħed iħammeġ barra, jeżistu ċitazzjonijiet u akkużi oħra relatati fejn fost l-oħrajn persuna tista’ tkun qiegħda b’mod indiċenti fil-pubbliku waqt li tagħmel dawn il-bżonnijiet.

Sport