Id-difensur Spanjol Mario Hermoso se jkun qed jiffirma ma’ Bayer Leverkusen fil-Ġermanja wara l-perjodu xejn pożittiv li kellu ma’ AS Roma. Fil-fatt mal-Giallorossi lagħab biss tmien partiti tul is-sena 2024 u bħal donnu qatt ma kkonvinċa xi kowċ jew ieħor li kien qed imexxi dan it-tim.
Iċ-champions Ġermaniżi qed juru fiduċja fih u jidher li l-firma fil-kuntratt se sseħħ lejn l-aħħar tal-ġimgħa.
Hermoso għandu 29 sena u fil-karriera tiegħu lagħab ukoll ma’ Real Madrid, Valladolid, Espanyol u Atletico Madrid.