Valletta St Paul’s – Marsa St Michael 0-2
Marsa St Michael għelbu liċ-champions Valletta St Paul’s 2-0 sabiex qabżuhom fil-klassifika u jinsabu tliet punti biss bogħod mil-leaders Għaxaq Wolves.
Il-Marsin skorjaw gowl f’kull taqsima sabiex kisbu s-seba’ rebħa staġjonali filwaqt li komplew jisfidaw għall-unuri.
Kien Nikola Neskovic li poġġa lil Marsa minn fuq wara li skorja penalty sabiex kmieni fit-tieni taqsima, Anas Souhaile irdoppja l-iskor.
Din kienet telfa xi ftit iebsa għal Valletta li tilfu t-tieni konfront dirett għalkemm xorta għadhom fit-tiġrija għall-unuri.
Referee kien Lorry Sammut.
Ta’ Ġiorni Wanderers – San Ġwann Pro Evolution Academy 2-3
Fid-dwell tan-naħa t’isfel tal-klassifika, San Ġwann Pro Evolution Academy għelbu lil Ta’ Ġiorni Wanderers 3-2.
Ta’ Ġiorni bdew tajjeb u marru minn fuq wara biss tliet minuti permezz ta’ Aaron Mizzi sabiex f’temp ta’ erba’ minuti San Ġwann dawru l-iskor favurihom b’gowls ta’ Tom Riandet u Moise Bidi Kizayamoko.
Il-Wanderers ma qatgħux qalbhom u ġabu l-iskor indaqs permezz ta’ Daniel Neeray Bharwani minn penalty għalkemm l-aħħar kelma kienet ta’ San Ġwann Pro Evolution Academy li skorjaw il-gowl rebbieħ permezz ta’ Brice Moundounga.
Referee kien Raymond Tabone.
Valletta Stars St Dominic – Senglea Gunners 2-2
Fil-kampjonat tat-tieni diviżjoni spikkat il-partitissima bejn Valletta Stars St Dominic u Senglea Gunners bil-logħba tispiċċa bl-iskor bilanċjat ta’ 2-2.
Il-Beltin kienu qed jirbħu din il-partita iżda sabu lis-Sengleani li wettqu reazzjoni fit-tieni taqsima sabiex ħadu punt kull wieħed.
Protagonista għall-Istilel Beltin kien Jose David Diaz Urango li skorja doppjetta. Miguel De Oliveira u Christopher Philips skorjaw il-gowls għall-Gunners.
Referee kien Gordon Barbara.
Attard Edex Kings – Zebbuġ Youngsters 0-1
Zebbuġ Youngsters daħlu fit-taqtiegħa għall-promozzjoni wara li għelbu lil Attard Edex Kings bl-iskor minimu iżda prezzjuż ta’ 1-0.
L-uniku gowl tal-logħba ġie skorjat minuta qabel tmiem l-ewwel taqsima permezz ta’ Daniel Stojanov.
B’din ir-rebħa, iż-Żebbuġin laħqu lil Attard Edex Kings bi 13-il punt fil-klassifika.
Referee kien Gordon Barbara.
Swieqi United AFC – St Paul’s Bay NMFC 5-1
Swieqi United AFC komplew bil-mument pożittiv tagħhom wara rebħa kbira ta’ 5-1 kontra St Paul’s Bay NMFC.
Kirandas Kholatiparambil skorja doppjetta għal Swieqi bi Bruno Menezes, David Taiwoo Akindelle u Nelson Barreto li żiedu aktar gowls għat-tim tagħhom.
Seru Hang Nembang naqqas il-marġni tal-iskor għat-tim minn San Pawl il-Baħar.
Referee kien Jules Ngangue.
KLASSIFIKA – MAFA L-EWWEL DIVIŻJONI
Għaxaq Wolves 25, Marsa St Michael’s 22, Valletta St Paul’s 21, Balluta Barracudas 15, San Ġwann Pro Evolution 9, San Ġiljan Saints 8, Ta’ Ġiorni Wanderers 4, Mqabba Albions 0.
KLASSIFIKA – MAFA IT-TIENI DIVIŻJONI
Valletta Stars St Dominic 18, Senglea Gunners 16, Birzebbuġa St Peter’s AFC, Attard Edex Kings, Żebbuġ Youngsters 13, Ħamrun Amateurs 6, Gudja Wanderers 4, Ħal Far Titans 0.
KLASSIFIKA – MAFA IT-TIELET DIVIŻJONI
Swieqi United AFC 22, Qajjenza AFC 13, St Paul’s Bay NMFC 7, Naxxar Victorians 6, Mosta Vikings 0.