Minn Cristian Muscat
Valletta……………3
Marsaskala………7
(0-2, 2-2, 1-1, 0-2)
Marsaskala ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Valletta bl-iskor ta’ 7-3.
Huma ħarġu ferm aggressivi u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 2-0, biż-żewġ goals għalihom jaslu minn Gerald Sammut u Kyle Navarro.
Valletta wettqu reazzjoni tajba u fit-tieni sessjoni rnexxielhom iżommu lil Marsaskala fi draw ta’ 2-2, bil-goals għall-Beltin jaslu minn Andrea Agius u Sebi Busuttil, waqt li Jean Claude Cuatjar minn penalty u Malcolm Manara wieġbu għall-Iskalin.
It-tielet sessjoni wkoll intemmet fi draw iżda din id-darba ta’ 1-1, b’Luca Felice jiskora għat-team mill-kapitali, waqt li Kyle Navarro rnexxielu jsib ix-xibka għal Marsaskala.
Marsaskala rebħu r-raba’ sessjoni bl-istess skor li bih ittrijonfaw fl-ewwel waħda jiġifieri dak ta’ 2-0, bl-iskorers għalihom ikunu Gerald sammut u Mark Carani.
Valletta: 1-Benji Busuttil, 2-Nicholas Farrugia, 3-Matthew Pace, 4-Luke Hyzler, 5-Sebi Busuttil (1), 6-Zachary Micallef, 7-Daniel Paolellla, 8-Michele Mifsud, 9-Stephen Micallef, 10-Andrea Agius (1), 11-Keith Galea, 12-Kyle Cremona, 13-Andrea Bugeja, 14-Reinhard Attard, 15-Luca Felice (1) Coach: Joe Cremona
Marsakala: 1-Jurgen Micallef, 2-Jean Claude Cutajar (1), 3-Ayrton Camenzuli, 5-Raoul Greco, 6-Gianluca Galea, 7-Kyle Navarro (2), 8-Malcolm Manara (1), 9-David Pace Lupi, 10-Gerald Sammut (2), 11-Jake Ciantar, 12-Mark Carani (1), 13-Aidan Muscat, 14-Stefano Fava, 15-Lucas Falzon Coach: Arpad Babay
Referees: Danilo Mazzoccoli, Neville Mercieca