Monday, October 28, 2024

Marsaskala Legends fl-ewwel post tal-Enemed Futsal League

Aqra wkoll

Marsaskala Legends telgħu fl-ewwel post tal-klassifika tal-Enemed Futsal League wara li għelbu lill-Universita’ ta’ Malta 5-4.

Kienet logħba ferm drammatika fejn wara li sabu ruħhom minn taħt, l-Iskalin wettqu reazzjoni sa ma’ ħadu tliet punti li jiswewlhom mitqlu deheb.

Owen Duca, Cristian Fernandez, Amir Ashtiyani, Dale Valletta u Sean Parnis skorjaw għal Marsaskala bl-Universitarji li rrispondew b’gowls ta’ Zvezdan Vukovic, Mohamed Elamari u Anthony Luke Portelli b’Bertram Azzopardi li wettaq awtogowl.

Referees kienu Stephen Vella u Marco La Rosa.

Ta’ Xbiex Futsal telgħu għal sitt punti fil-klassifika wara li għelbu lil Ħamrun SC 5-3.

Wara li sabu ruħhom 2-1 minn taħt, it-tim minn Ta’ Xbiex irreaġixxa tajjeb u wara t-tieni taqsima perfetta huma ħadu t-tliet punti finali.

Bernardo Rosa kien ta’ ispirazzjoni għal sħabu meta skorja doppjetta filwaqt li Juan Bautista Conde, Giancarlo Sammut, Juan Poveda komplew iżidu l-iskor għat-tim tagħhom.

Ħamrun skorjaw permezz ta’ Collin Sammut, Hamza Harrat u Graham Garcia Espinosa.

Referees kienu Andrea Naudi u Stephen Vella.

Swieqi United ftit sabu diffikulta’ sabiex jegħlbu lis-selezzjoni Maltija ta’ taħt is-17-il sena 12-0.

Marcelo Alarcon skorja erba’ gowls, Rodrigo Rocha u Karl Luke Schembri kienu awturi ta’ tripletta kull wieħed b’Roller Santiago u Dylan Pace jgħaqqdu l-iskor għat-tim tagħhom.

Referees kienu Andrea Naudi u Marco La Rosa.

Waslet l-ewwel rebħa tas-selezzjoni Maltija ta’ taħt id-19-il sena wara li għelbu lil GZR Birżebbuġa St Peter’s 6-4.

Iż-żgħażagħ Maltin dawru r-riżultat favur tagħhom wara li sa tmiem l-ewwel taqsima kienu qed jitilfu 3-0. Minkejja kollox, huma baqgħu kalmi sabiex skorjaw il-gowls l-aktar importanti għalihom.

Neil Gauci u Aidan Buhagiar skorjaw doppjetta kull wieħed b’Essien Borg u Anson Fenech li skorjaw gowl kull wieħed.

Għal Birżebbuġa Camilo Diaz skorja doppjetta b’Ciprian Socaciu u Clayton Micallef li wkoll sabu x-xibka.

Referees kienu Danilo Francalanza u Margretus Van der Wal.

KLASSIFIKA – ENEMED FUTSAL LEAGUE

Marsaskala Legends 9, Luxol St Andrew’s, Swieqi United, University of Malta, Ta’ Xbiex 6, Selezzjoni Maltija U19 3, Ħamrun SC NCMB, Gżr Birżebbuġa St Peter’s Futsal, Selezzjoni Maltija U17 0

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport