Wednesday, July 24, 2024

Marsaxlokk fit-tielet post flimkien ma’ Sliema Wanderers

Aqra wkoll

Marsaxlokk ………3

Sta Lucia …………..0

Marsaxlokk għelbu lil Sta Lucia bl-iskor ta’ 3-0 biex  ingħaqdu ma’ Sliema Wanderers fit-tielet post tal-klassifika. Din kienet it-tielet rebħa f’erba logħbiet għal Marsaxlokk li komplew jikkonfermaw bħala wieħed mill-iktar timijiet fil-forma  bħalissa fil-kampjonat.

Min-naħa l-oħra, Santa Lucia, sofrew is-sitt telfa tal-istaġun biex issa jinsabu fit-tielet post mill-aħħar.

Marsaxlokk kellhom lil Armah Ayo Vaikanah sospiż, bil-coach Winston Muscat jagħmel żewġ bidliet fil-formazzjoni inizjali hekk kif laqa’ lura lil Nikolai Muscat u Ryan Scicluna flimkien ma’ Yago Ramon Sousa Gomes, b’Jake Ghio u Samuel Boakye jibdew minn fuq il-bank.

Min-naħa l-oħra, il-coach ta’ Santa Lucia, Alessandro Zinnari, wettaq żewġ bidliet fil-formazzjoni inizjali hekk kif Steve Pisani u Jed Valletta ħadu post Jan Tanti u Gonzalo Virano, rispettivament.

Ix-Xlukkajri kellhom bi­du tajjeb fejn fetħu l-iskor wara biss erba’ minti meta FERNANADO GOMES ik­konkluda azzjoni tajba mix-xellug billi venven xutt b’saħħtu għal ġox-xibka.

Marsaxlokk komplew jiddettaw il-logħob matul l-ewwel taqsima b’Santa Lucia jwettqu reazzjoni minima. Fl-40 minuta, Nikolai Muscat tilef ċans tajjeb għax-Xlukkaj­ri meta minn ġol-kaxxa tefa’ barra u tliet minuti wara Steve Pisani għal-Luċjani impenja lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk Marko Drobnjak bi free-kick mix-xellug.

Fid-59 minuta, Marsaxlokk irduppjaw meta Yuri de Jesus Messias għadda lejn DUANE BONNICI fuq ix-xellug u dan mill-viċin tefa’ wara Celio.

Santa Lucia rrispondew permezz ta’ xutt b’saħħtu mix- xellug ta’ Wagner Alves, ida Drobnjak dawwar il-ballun f’corner.

Fil-75 minuta, -lattakkant Niġerjan SUNDAY AKINBULE ssiġilla r-rebħa meta wara li rċieva mil-lemin mingħand Jacob Walker, mill-viċin għeleb għal kollox lil Francisco Celio.

MARSAXLOKK: 95-Marko Drobnjak, 3-Weder Soares, 4-Yago Sousa, 6-Nikolai Muscat (87’ D. Zerafa), 10-Yuri de Jesus Messias (23-Samuel Boakye 75), 11-Duane Bonnici, 17-Jacob Walker, 27-Leandro Aguirre (18-Gary Camilleri 87), 30-Ryan Scicluna (8-Jake Ghio 83), 88-Sunday Akinbule (99-Anthony Obonogwu 83), 94-Fernando Gomes   – Coach: Winston Muscat

STA LUCIA: 12-Francisco Celio, 3-Mattias Ellul, 7-Steve Pisani, 10-Tatsuro Nagamatsu, 15-Adam Bradshaw, 17-Jurgen Pisani, 27-Alessio Piazza, 29-Jed Valletta (21-Jamie Carbone 37), 33-Patrick De Oliveira (9-Wagner Alves 60), 55-Sven Xerri, 80-Evandro Gomes (14-Dexter Xuereb 23)   – Coach: Alessandro Zinnari

REFEREE: Trustin Farrugia Cann

ASS. REFEREES: Roberto Vella, Max-Lee Muscat

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: F. Gomes 4, D. Bonnici 59, S. Akinbule 75 (M)

AMMONIT: R. Scicluna (M)

Ekonomija

Sport