Wednesday, July 24, 2024

Mixli li seraq mobile minn karozza pparkjata

Aqra wkoll

Sudaniż ta’ 22 sena residenti fiċ-Ċentru Miftuħ tal-Marsa ngħata l-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li seraq mobile minn karozza pparkjata. 

Fil-Qorti nstema’ kif nhar it-12 ta’ Lulju li għadda, mara kienet għamlet rapport l-Għassa tal-Ħamrun li persuna kien daħal fil-vettura tagħha u ħadilha l-mobile tad-ditta Iphone 12 Pro Max.

Mill-filmati tas-CCTV, deher raġel ta’ karnaġġjon skur jidħol fil-karozza, jieħu l-mobile u jitlaq minn fuq il-post. Il-Pulizija rnexxielha tasal għas-suspettat wara li kuntistabbli kien għaraf lill-istess persuna bħal dak li huwa kien waqqaf ftit tal-jiem qabel u li kien liebes l-istess ħwejjeġ meta seħħet is-serqa.

Mal-mument li ġie rintraċċat is-suspettat, dan ġie arrestat. Ir-raġel tressaq quddiem il-Maġistrat Charmaine Galea fejn wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrih u ngħata l-libertà proviżorja fuq depożitu ta’ €1,000 u garanzija personali ta’ €2,000.

Ekonomija

Sport