MARSAXLOKK…………………….. 2
HAMRUN SPARTANS……………. 1
(wara l-ħin barrani)
Minn Cristian Muscat
Marsaxlokk għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1 grazzi għal żewġ penalties liema partita kellha tmur fil-ħin barrani.
Wara bidu bilanċjat, fit-33 minuta, Marsaxlokk fetħu l-iskor minn penalty wara konsultazzjoni mal-FVS meta Vincenzo Polito deher jiġbed lil Enrico Pepe fil-kaxxa.
Mill-11-il metru, JOSEPH MINALA, li ma żbaljax hekk kif permezz ta’ xutt b’saħħtu tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.
U fit-42 minuta kien imiss lill-coach ta’ Hamrun, Giacomo Modica, li talba biex jiġi kkonsultat l-FVS wara li Minala deher jagħmel kuntatt ma’ Ederson Bruno Domingos fil-kaxxa.
U wara din il-konsultazzjoni, ir-referee Glen Tonna, issenjala li kollox kien leġittimu.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, l-Ispartans resqu viċin li jiksbu d-draw iżda Damir Ceter mill-viċin ipprova jaħsad lill-goalkeeper ta’ Marsaxlokk, Kristoffer Mafoumbi, iżda falla l-mira.
Fl-54 minuta, l-Ispartans kienu sfortunati li ma kisbux id-draw meta mill-free-kick ta’ Matthew Guillaumier, kemm Ceter kif ukoll Marcelina naqsu li jagħmlu kuntatt mal-ballu li ħabat mal-lasta.
Fit-62 minuta, kellu jkun il-goalkeeper Mafoumbi li dawwar f’corner ix-xutt ta’ Joseph Mbong.
Hamrun reġgħu ħolqu l-periklu tmien minuti wara meta Compri xeħet cross li sab lil Ceter li dar tajjeb iżda kellu l-konklużjoni tiegħu devjata f’corner mis-solitu Pepe.
Fid-89 minuta, Hamrun kisbu d-draw meta Jonny xeħet cross li sab lil Blessing Eleke li bir-ras għadda lejn MATIAS NICOLAS GARCIA li b’daqqa ta’ ras oħra xeħet fix-xibka … biex il-partita marret fil-ħin barrani.
U fid-97 minuta, ix-Xlukkajri ngħataw it-tieni penalty wara lil Polito waqqa’ lil Dodo fil-kaxxa, li iżda, kellu jintuża l-FVS biex il-penalty jiġi konvalidat.
U mill-11-il metru, JOSEPH MINALA reġa’ għeleb lil Bonello.
Fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, Marsaxlokk fallew ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta Isaac Davies, waħdu quddiem Bonello, ra lill-goalkeeper Ħamruniż idawwar f’corner.
Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Weder Soares Da Silva, Enrico Pepe, Nikolai Muscat, Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias (Rasmus Linden 105), Joseph Minala, Leandro Aguirre, Redon Miahna (Triston Caruana 75), Domantas Simkus (Isaac David Christie-Davies 81) – Coach: Vincenzo Potenza
Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Compri, Sven Xerri, Matthew Guillaumier, Matias Nicolas Garcia, Jospeh Essien Mbong, Vincenzo Polito, Kieri Serber (Blessing Eleke 75), Damir Ceter, Ederson Bruno Domingos (Jonny 46), Emerson Marcelina (Ivan Inzoudine 105) – Coach: Giacomo Modica
Referee: Glen Tonna
assistenti: Duncan Spencer, David Castillo
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: J. Minala pen. 34, pen. 94 (M), M. N. Garcia 89 (H)
Ammoniti: M. N. Garcia, S. Xerri, V. Polito (H), C. Mafoumbi, J. Minala, D. Simkus, J. Ailton Soares (M)
Player tal-Logħba: Joseph Minala (M)


