Marsaxlokk……………. 3
Naxxar lions…………… 2
Minn Cristian Muscat
F’partita li pproduċiet ħames goals, Marsaxlokk għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-2, b’dawn tal-aħħar issa jkunu nvoluti fir-Relegation Play-Off.
B’din ir-rebħa Marsaxlokk sfurzaw il-Final Four … bejnhom, Floriana, Hamrun Spartans u Valletta.
Il-Lions għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss tliet minuti resqu ferm viċin li jiftħu l-iskor iżda kienu sfortunati meta d-difensur Shaun Bugeja kellu x-xutt tiegħu mill-viċin jistampa mal-wieqfa.
Marsaxlokk wettqu reazzjoni u fil-ħames minuta kellhom ferħa bla temma meta Domantas Simkus venven xutt mid-distanza li ħasad għal kollox lil Azzopardi, iżda r-referee Philip Farrugia wara li kkonsulta l-FVS ħassar dan il-goal minħabba li nnota foul fl-azzjoni li wasslet għal dan il-goal.
Madankollu, fis-27 minuta, ix-Xlukkajri fetħu l-iskor meta wara li rċieva minn cross preċiż, JAMES JOSEPH KIRBY, kien fil-post it-tajjeb u mill-viċin ma ħafirx.
Peró, fit-43 minuta, Naxxar kisbu d-draw meta wara li qabeż difensur avversarju, JOAO VICTOR SOUZA DOS SANTOS minn pożizzjoni angolata għeleb lill-goalkeper Xlukkajr, Christoffer Mafoumbi.
Iżda fil-ħin miżjud tal-ewwel taqsima, ix-Xlukkajri reġgħu marru fil-vantaġġ meta l-istess JAMES JOSEPH KIRBY mill-viċin l-ewwel kellu x-xutt tiegħu salvat parzjalment minn Azzopardi, biex mir-rebound l-istess player tefa’ ġewwa.
U fit-68 minuta, huma aċċertaw ir-rebħa permezz ta’ free-kick mill-isbaħ eżatt minn tarf il-kaxxa tal-captain NIKOLAI MUSCAT li ma ta l-ebda ċans lil Azzopardi jsalva.
Naxxar naqqsu l-marġni tal-iskor fil-ħin miżjud permezz ta’ daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ GABRIEL COSTA GONCALVES iżda ma kienx fadal ħin biex setgħu jsalvaw il-partita.
Marsaxlokk: Christoffer Mafoumbi, Oualid El Hasni (Weder Soares Da Silva 46), Enrico Pepe, Nikolai Muscat (Triston Caruana 75), Juan Carlos Corbalan, Jose Ulises Arias (Ensell Attard 85), Jorge Ailton Soares, Joseph James Kirby (Isaac David Christie-Davies 75), Joseph Minala, Leandro Aguirre, Domantas Simkus (James Vella 85) – Coach: Vincenzo Potenza
Naxxar L.: Jamie Azzopardi, Theo Kruger (Felippe Bugeja 69)), Mark Fenech, Neil Pace Cocks (Christian Nganmini 69), Joao Victor Souza Dos Santos (Louis Pahama 46), Shaun Bugeja, Christian Gauci (Juan Jose Hernandez 69), Emilio Montero, Rosiel Pereira Da Silva (Owen Portelli 69), Gabriel Costa Goncalves, Amiel Guehi – Coach: Winston Muscat
Referee: Philip Farrugia
assistenti: Luke Portelli, Kurt Saliba
Raba’ Uff.: Slobodan Petrovic
Skorers: J.J. Kirby 27, 47, N. Muscat 68 (M), Vitinho 43, G. Costa Goncalves 92 (NL)
Ammoniti: Ħadd
Player tal-Logħba: James Joseph Kirby (Marsaxlokk)


