Sunday, May 3, 2026

Valletta jegħlbu lil Hamrun Spartans b’goal fl-aħħar

Aqra wkoll

VALLETTA………………………2

HAMRUN SPARTANS………. 1

Hekk kif Valletta għelbu lil Hamrun Spartans bl-iskor ta’ 2-1 u Marsaxlokk rebħu lil Naxxar Lions bl-iskor ta’ 3-2, issa jeħtieġ li jintlagħab il-Final 4 li huma kompost minn żewġ semi-finali – Hamrun Spartans v Marsa­xlokk u Floriana v Valletta.

Il-partita bdiet b’xutt qaw­wi ta’ Matias Garcia minn tarf il-kaxxa li spiċċa barra iżda ttrasformat ruħha f’waħda bilanċjata, b’tentattivi minn Yannick Yankam għal Valletta u Ceter għal Hamrun li ma kienux daqstant perikolużi.

Peró, fil-ħin miżjud tal- ewwel taqsima, il-coach ta’ Hamrun, Giacomo Modica, talab l-intervent tal-Football Video Support biex tiġi eżaminata d-daħla kerha ta’ Diogo Tavares fuq Ryan Camenzuli, li għaliha r-re­feree, Fyodor Zammit, wera l-karta s-safra lill-Portugiż. 

Proprju fl-ewwel azzjoni wara l-mistrieħ, l-Ispartans kellhom goal imħassar  ta’ Matthew Guillaumier li għeleb lil Aguero dos Santos wara azzjoni konfuża li fiha l-goalkeeper Belti l-ewwel laqa’ xutt minn taħt il-lasta ta’ Jonny biss il-ballun spiċċa għand l-internazzjonali Malti li spara ġewwa minn ftit metri bogħod.  Madanakollu, ir-referee ħassar il-goal wara l-intervent tal-Football Video Support.

Fl-54 minuta, Valletta fet­ħu l-iskor permezz ta’ xutt qawwi minn barra l-kaxxa ta’ Jackson Mendoza bil- goalkeeper Bonello ma seta’ jagħ­mel xejn għall-konklużjoni tal-attakkant Kolumbjan.

L-Ispartans għamlu reaz­zjoni mmedjata meta minn azzjoni ta’ free-kick, Vincenzo Polito ttanta xortih b’ rovexxjata li spiċċat ftit għoli. 

Iżda fit-58 minuta, huma kisbu d-draw meta Guillau­mier għadda lejn Ceter li x-xutt tiegħu ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Belti iżda l-ballun wasal għand Rafael Compri li xeħet fix-xibka.

Madankollu, fit-83 minuta, il-Beltin skorjaw dak li kellu jkun il-goal tar-rebħa meta mill-corner ta’ Mendoza, Sava Radic xeħet lejn ADEBAYO BASHER  li bir-ras sab ix-xibka.

Fis-86 minuta, Ħamrun Spartans setgħu spiċċaw bi player inqas wara li s-sostitut Danilo Bulevardi ‘ġie mkeċċi’ ftit minuti biss wara li daħal minħabba daħla kerha fuq Mendoza.

Ir-referee ġie mistieden jirrevedi d-deċiżjoni tiegħu fuq il-Football Video Support mill-coach ta’ Hamrun, Giacomo Modica, u wara li saru r-reviżjonijiet meħtieġa,  l-uffiċjal tal-logħba bidel il-karta l-ħamra għal waħda safra għall-player tal-Ispartans.

Fil-95 minuta, kien imiss lill-coach ta’ Valletta, Thane Micallef, biex jitlob għall-assistenza tal-FVS wara li Blessing Ekeke kkommeta foul fuq Aguero dos Santos u ntwara l-karta s-safra.

Valletta: Adilson Aguero dos Santos, Brandon Paiber (Thomas Melillo 96), Jake Azzopardi, Diogo Tavares (Andrea Zammit 90), Yannick Yankam (Jackson Mendoza 46), Keith Brewer, Moise Emmanuel Mbende, Neil Micallef, Yuri Messias (Adebayo Basher 77), Sava Radic, Valentijn Stijn Meijer (Thaylor Aldama 46)    – Coach: Thane Mi­callef

Hamrun S.: Henry Bonello, Rafael Petrillo Compri, Matthew Guillaumier, Matias Garcia (Blessing Eleke 90), Joseph Mbong, Vincenzo Polito, Rick Kleri Serber, Damir Ceter  (Danilo Bulevardi 77), Jonny do Nascimento (Shazien Attard 69), Emerson Marcelina, Ryan Camenzuli (Sven Xerri 46)    – Coach: Giacomo Modica

Referee: Fyodor Zammit

assistenti: Mitchell Scerri, Shaun Calleja

Raba’ Uff.: Joseph Scerri

Skorers:  J. Mendoza 54, A. Basher 83 (V); R. Compri 58 (HS)

Ammoniti: A. Dos Santos, Diogo Tavares, Thaylor Aldama (V); B. Eleke, D. Bulevardi, E. Marcelina (HS)

Player tal-Logħba: Jackson Mendoza (Valletta)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport