Sunday, May 3, 2026

Ħabta bejn żewġ karozzi fis-Siġġiewi … żewġ sewwieqa bi ġrieħi gravi

Aqra wkoll

Illum, għall-ħabta tas-1:30 a.m., il-Pulizija ġiet infurmata b’inċident
tat-traffiku fi Triq Mons. Mikiel Azzopardi, is-Siġġiewi.

Il-Pulizija marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari rriżulta li kienet seħħet ħabta bejn Audi A3 Sport misjuqa minn raġel ta’ 36 sena residenti s-Siġġiewi u Mazda 2 misjuqa minn ġuvni ta’ 19-il sena u jgħix Ħaż-Żebbuġ.

Fuq il-post issejjaħ tim mediku u ambulanza ħadet liż-żewġ sewwieqa l-Isptar Mater Dei. Iktar tard, huma ġew iċċertifikati li weġġgħu gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport