Saturday, April 19, 2025

Marsaxlokk jitilgħu fl-ewwel post

Aqra wkoll

Marsaxlokk …….2

Sliema W. ……….1

Minn Cristian Muscat

Marsaxlokk dawru telfa f’rebħa ta’ 2-1 kontra Sliema Wanderers biex filwaqt li waqqfu l-mixja pożittiva tal-Wanderers ta’ ħames rebħiet konsekuttivi … huma telgħu waħedhom fil-quċċata tal-klassifika.  

Huma ħarġu fuq l-attakk u wara ħames minuti, xutt minn barra l-kaxxa ta’ Alex de Agui­lar Gomes ġie salvat f’corner mill-goalkeeper tal-Wanderers, Kelvin Emeka Agu.

Ix-Xlukkajri komplew jiddettaw il-logħob u fil-15-il minuta huma resqu viċin minn azzjoni li bdiet minn corner … il-ballun spiċċa għand Alex De Aguilar Gomes u minkejja li kien issikkat minn Gustavo Alcino, il-konklużjoni tiegħu għaddiet ftit għoli.

Iżda minuta wara kienu Sliema li fetħu l-iskor meta cross ta’ Adam Magri Ove­rend mil-lemin ġie devjat minn Leandro Aguirre li ħasad għal kollox lill-goalkeeper sieħbu, Matthew Calleja Cremona, li ma rnexxielux jevita milli l-ballun jispiċċa fix-xibka, biex b’hekk irriżulta auto-goal sfortunat.

Magri Overend seta’ kien involut f’goal ieħor man-nofs siegħa logħob iżda minn pożizzjoni ferm ideali xxut­t­ja ferm ħażin u tefa’ għoli għalkemm kien żmarkat għal kollox.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima kienu Sliema li ħarġu fuq l-offensiva u fil-50 minuta Mohamed Awad, wara li evita lil Karl Micallef, kellu xutt fil-baxx salvat tajjeb minn Agu.

Iżda fis-60 minuta, Marsa­xlokk kisbu d-draw meta reb­ħu free-kick u b’xutt preċiż, LEANDRO AGUIRRE tefa’ l-ballun fir-rokna tas-saqaf tax-xibka biex patta għall-auto-goal li kkommetta fl-ewwel taqsima.

Fil-75 minuta, huma marru fil-vantaġġ  meta Lucas Emmanuel Lopez għadda pass twil li ntemm għand ALEX DE AGUIAR GOMES li evita għal kollox lil Jean Borg u xeħet fix-xibka.

Fil-ħin miżjud, Sliema fal­lew cans li jsalvaw ir-riżultatmeta s-sostitut Kyrian Nwoko kellu l-konklużjoni tiegħu tistampa mal-lasta.

Marsaxlokk: 1-Matthew Calleja Cremona, 14-Juan Carlos Corbalan, 27-Leandro Aguirre, 4-Karl Micallef, 22-Lucas Emanuel Lopez, 6-Nikolai Muscat, 30-Ryan Scicluna (24-Enmy Manuel Pena Beltre 83), 19-Josè Ulises Arias (28-Nikola Raden 92), 10-Yuri De Jesus Messias (20-Martin Adamec 92), 17-Jorge Ailton Soares, 23-Alex De Aguilar Gomes   – Coach: Vincenzo Potenza

Sliema W.: 12-Kelvin Emeka Agu, 15-Gustavo Alcino, 31-Henrique Murilo (41-Samba Kone 80), 2-Jean Borg, 7-Adam Magri Overend (5-Neil Frendo 73), 11-Myles Beerman, 42-Simon Zibo, 70-Steve Pisani (94-Haraan Barbosa 89), 33-Geoffrey Edwin Acheam­pong, 77-Mohamed Awad (10-Maksym Priadun 73), 9-Vito Plut (21-Kyrian Nwoko 73)   – Coach: Paul Zammit

REFEREE: Alex Johnson

ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Shaun Calleja

RABA’ UFF: Emanuel Grech

SKORERS: L. Aguirre og 16 (SW), L. Aguirre 60, A. De Aguilar Gomes 77 (M) 

AMMONITI:  H. Murilo, S. Kone (SW), L. Aguirre (M)

PLAYER TAL-LOGĦBA – Steve Pisani (Sliema W.)

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport