Mart id-DJ Ian Lang fl-aħħar sigħat appellat lill-pubbliku inġenerali biex minflok fjuri jagħtu donazzjoni lil Hospice Malta.
Kathy Lang għamlet dan l-appell waqt li ħabbret id-dettalji tal-funeral ta’ żewġha. DJ Lang se jkun qiegħed jingħata l-aħħar tislima għada fil-Knisja tal-Karmnu f’San Ġiljan fit-8:30 a.m.
“Se jkollok post speċjali f’qalbna għal dejjem qalbi”
Kathy Lang
“B’qalbi maqsuma u diqa kbira jkolli nikteb dwar l-aħbar tal-mewt tiegħek. Issa tinsab fil-paċi, qalbi. Diġà jinħass in-nuqqas tiegħek u se żomm post f’qalbna għal dejjem. L-imħabba, il-mumenti ta’ ferħ u l-pjaċir li qsamna flimkien huma l-isbaħ rigal li tajt lili u lil uliedna”.
Ftit tal-ħin ilu tħabbret il-mewt tad-DJ Ian Lang. Ian Lang, jew kif kien magħruf ukoll bħala “Il-Langy” jew “DJ Langy”, tilef ħajtu fl-età ta’ 55 sena.
Lang ħalla warajh lil martu Kathy u t-tliet uliedhom Emily, Hannah u Mia.