Martine Cutajar se tibda l-vjaġġ tagħha għal Miss World fejn proprju llum bdiet it-triq għal Telagana fl-Indja, fejn se tkun qed tirrapreżenta lil Malta fil-Miss World.
Martine propju mil-lum se tibda tiltaqa’ ma’ bosta tfaliet parteċipanti li ħa jkunu qed jaqsmu esperjenzi flimkien u kulturi differenti ta’ madwar 120 pajjiż ieħor.
Żgur li din se tkun esperjenza unika fejn Martine ħa tibqa’ ġġorr tul ħajjitha kollha.
Il-finali tat-72 edizzjoni ta’ Miss World se ssir fil-31ta’ Mejju ġewwa Telagana stess u mistenni li jkun spettaklu kbir fejn ħa jkun milqugħ minn 70 stazzjon televiżiv, fosthom ONE, li ħa jkun qed ixandar dan l-ispettaklu.
Aħna ħa nżommukom aġġornati b’dak kollu li Martine tkun qed tieħu sehem fih u nawgurawlha xewqat sbieħ f’isem l-organizzaturi Sue Rossi u Claudia Calleja li flimkien jirringrazzjaw lill dawk kollha li kienu ta’ appoġġ tul il-preparamenti tagħha biex waslet għal din l-esperjenza.