Il-gazzetti Ingliżi qed jitkellmu fuq is-sitwazzjoni tal-attakkant internazzjonali Ingliż Mason Greenwood. Dan tal-aħħar irritorna ftit tax-xhur ilu wara sospensjoni li kellu u wara staġun b’self ma’ Getafe, matul dan l-istaġun qed jilgħab ma’ Olympique Marseille.
Greenwood qed jaspira li jerġa’ jidħol mat-tim nazzjonali Ingliż u wara t-tneħħija ta’ Gareth Southgate u l-ħatra ta’ Thomas Tuchel, hu qed jispera li jiġi kkunsidrat. Hu mifhum li Tuchel se jkun qed jitkellem ma’ Greenwood fl-ewwel okkażjoni li jkollu.