Id-diriġenza ta’ Juventus ikkonfermat li anke jekk it-team jitlef il-partita mis-Serie A Taljana kontra Monza, il-coach Massimiliano Allegri mhux se jitkeċċa.
Dan kollu qed iseħħ fi sfond ta’ numru ta’ protesti li għamlu l-partitarji ta’ Juventus wara l-umiljazzjoni kontra Benfica u r-riżultat xi ftit kontroversjali fil-kampjonat kontra Salernitana.
L-istess partitarji jixtiequ li post Allegri jieħdu Zinedine Zidane iżda wara l-problemi finanzjarji li qed jaffaċċja l-klabb dan kollu jidher ferm diffiċli.
Fl-istess waqt, id-diriġenza tista’ taħseb fil-coach ta’ taħt it-23 sena Paolo Montero ġaladarba r-riżultati jibqgħu ma jiġux.