Monday, May 13, 2024

Mat-38,000 persuna attendew għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-bieraħ fuq il-Fosos

Aqra wkoll

L-attivitajiet tal-EuroPride Valletta 2023 laħqu l-qofol tagħhom ilbieraħ filgħaxija. Wara nofsinhar mijiet ta’ persuni attendew għall-Pride March mill-Furjana sal-Belt.
Il-Pride March favur l-imħabba u l-inklużjoni seta’ jittella’ bis-sehm ta’ bosta entitajiet li jaħdmu fil-qasam LGBTIQ+. Fost dawk preżenti kien hemm rappreżentati tal-General Workers Union.

Intant wara 11-il jum infila ta’ attivitajiet filgħaxija ntemmew l-istess attivitajiet b’kunċert tant mistenni fuq il-Fosos tal-Furjana bi prestazzjoni mill-aqwa tal-kantanta ta’ fama internazzjonali Christina Aguilera.

Huwa stmat li għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-bieraħ f’għeluq il-Euro Pride attendew xejn inqas minn 38,000 persuna.

Sport