Badminton Malta bħalissa qed tospita il-Malta International Badminton Tournament 2025, avveniment prestiġjuż li jifforma parti miċ-ċirkwit uffiċjali ta’ Badminton World. It-tournament qed isir fil-kumpless sportiv tal-Kottonera mill-24 sa s-27 ta’ April, fejn qed jattira aktar minn 300 plejer professjonali minn 43 pajjiż, fosthom New Zealand, l-Istati Uniti, id-Danimarka, Spanja, Franza, il-Ġermanja, u l-Korea t’Isfel.
Organizzat minn Badminton Malta u appoġġjat minn; SportMalta, Kumitat Olimpiku Malti, Victor, Visit Malta, Wasteserv u J. Portelli Projects, dan l-avveniment jiċċelebra l-eċċellenza sportiva u juri kif pajjiżna kapaċi jkun destinazzjoni għall-isport internazzjonali. Id-dħul huwa b’xejn għal-logħbiet kollha, u b’hekk il-pubbliku jkun jista’ jara l-badminton tal-ogħla livell.
It-tournament, li jsir kull sena, qed ikompli jikber fl-iskala u r-reputazzjoni. L-edizzjoni ta’ din is-sena tirrifletti xhur ta’ preparazzjoni li jinvolvu loġistika estensiva u l-ħidma bla heda ta’ tim dedikat ta’ voluntiera. L-isforzi tagħhom għenu biex jiżguraw l-ospitar bla xkiel ta’ wieħed mill-akbar avvenimenti tax-xorta tiegħu li qatt saru fil-gżira.
Minbarra li juri talent internazzjonali, it-tournament iservi wkoll bħala pjattaforma biex il-plejers Maltin jikkompetu f’livell għoli, filwaqt li jippromwovu l-isport lokalment.
Mehmuż hemm intervista ma’ żewġ plejers parteċipanti tal-badminton u l-President ta’ Badminton Malta, Owen Grech, li toffri iktar informazzjoni dwar il-preparazzjoni u l-avveniment
Għal aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lil Chris Spiteri fuq +356 9904 9798.