Sunday, December 22, 2024

Mata tingħata kumpens ta’ €190,000 wara li ġie fuqha tfajla li kienet waqgħet minn fuq is-swar tal-Belt

Aqra wkoll

Il-Qorti ordnat li mara tingħata kumpens ta’ €190,000 wara li f’Settembru tal-2008 kellha inċident sfortunat hekk kif tfajla kienet qabżet minn fuq is-swar tal-Belt Valletta u ġiet fuqha. Konsegwenza ta’ dan il-mara spiċċat b’diżabbilita permanenti tant li kellha tibda tuża siġġu tar-roti.

Dakinhar li seħħ l-inċident, il-mara kienet bilqiegħda fuq bankina fejn il-ġenituri tagħha għandhom villeġjatura. Il-każ kien seħħ taħt is-swar ta’ Santa Barbara. Il-vittma kellha 40 sena.

It-tfajla li kienet waqgħet minn fuq is-swar kienet irkuprat wara l-inċident, iżda l-mara kellha tagħmel diversi jiem l-ispart. Minkejja kull terapija xorta waħda qatt ma rneixxilha timxi.

Minkejja li qabel l-inċident il-vittma kienet sofriet minn cerebral palsy u epilessija xorta waħda kienet tgħix ħajja indipendenti, iżda wara dak li seħħ bdiet tiddependi kollox fuq ħaddieħor.

Il-Qorti wara li semgħet il-provi, żammet lill-ġenituri tagħha responsabbli wara li ħallewha toħroġ mingħajr superviżjoni. Jidher li qabel l-inċident it-tfajla kellha problemi ta’ saħħa mentali. Il-Qorti qalet li l-ġenituri naqsmu mid-dmir tagħhom li jissorvejlaw lill-minuri taħt il-kura u l-kustodja tagħhom.

Ekonomija

Sport