Tuesday, July 14, 2026
Home Sport Matias Soule se jitlaq lil Juventus?

Matias Soule se jitlaq lil Juventus?

0
394
Soccer Football - Champions League - Group H - Maccabi Haifa v Juventus - Sammy Ofer Stadium, Haifa, Israel - October 11, 2022 Juventus' Matias Soule in action with Maccabi Haifa's Ali Mohamed REUTERS/Ronen Zvulun

Diversi siti elettroniċi li jispeċjalizzaw fuq il-futbol Taljan qed jgħidu li l-ġranet tal-plejer Matias Soule ma’ Juventus huma magħduda. Minkejja li spikka kull meta daħal jilgħab fl-istaġun li għadda, Soule ma jidhirx li hu fil-pjan tattiku għall-istaġun li ġej tal-kowċ Massimiliano Allegri.

Feyenoord huma ferm interessati li jiksbu s-servizzi ta’ dan il-plejer bil-Bianconeri li qed jitolbu s-somma ta’ €20 miljun.

Fl-istaġun li għadda hu lagħab 15-il darba ma’ Juventus u skorja gowl wieħed biss.