Thursday, March 13, 2025

Matteo Gauci …. talent żagħżugħ b’futur mill-isbaħ fl-atletika

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn l-atletika?

Bdiet meta bdejt nipparteċipa u nirbaħ it-tlielaq li kien ikollna l-iskola.

X’suċċessi maġġuri rbaħt fil-karriera tiegħek sa issa, fosthom l-aħħar wieħed li ksibt fil-jiem li għaddew?

F’Awwissu tal-2024 ġejt it-tieni fil-800m fil-European Athletics Games ġewwa Brno fir-Repubblika Ċeka. F’Novembru / Duċembru tal-2024 ksirt l-U14 rekord nazzjonali tal-800m b’ħin ta’ 2:04:31 u ġejt l-ewwel fil-cross country. Irbaħt unur tal-U14 Middle Distance Athlete of the Year minn Athletics Malta u Athlete of the Year min La Salle A.C. Dejjem ġejt l-ewwel fit-tlielaq ġewwa Malta. Matul dan ix-xahar, ksirt l-U16 rekord nazzjonali tal-1000m b’ħin ta’ 2:42:98.

Kif tqis il-livell tal-atletika f’pajjiżna fil-preżent?

Naħseb li Malta avolja pajjiż żgħir, mhux ħażina fl-atletika fuq livell nazzjonali imma għandha fejn tmur aħjar.

U dak tar-riżorsi fejn titħarrġu u jkollkom il-kompetizzjonijiet uffiċjali tagħkom?

Sfortunatament, l-għajnuna finanzjarja ġejja biss mingħand ommi u missieri li l-finanżi tagħhom huma limitati, u minħabba f’hekk ma nistax nikkompeti ħafna barra min Malta u m’għandix l-aħjar apparat, u hija ħasra għax kieku ma kelliex din il-problema żgur li nagħmel ħinijiet aħjar.

Kif qed thares lejn il-futur tiegħek fl-atletika?

Jien fil-futur l-aktar ħaġa li keiku nixtieq u li naħseb li se jirnexxieli nagħmel hija li nikkompeti fl-Olimpjadi u nirbaħ xi midalja għal Malta.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fl-atletika.

L-atletika għalija huwa wieħed mill-aqwa sports li tista’ tagħmel għax iżommok fit u dixxipilinat. Imma trid tkun lest biex taħdem, għax inkella ma jirnexxielekx tasal!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport