Sunday, August 16, 2026
Home Sport Matthew Abela jirbaħ Tournament Internazzjonali tal-Badminton fil-Bolivja

Matthew Abela jirbaħ Tournament Internazzjonali tal-Badminton fil-Bolivja

0
2

Wara li rebaħ il-Bronż fil-mixed doubles ftit jiem ilu fil-Jamican Intl open u post fil-Q/f fis-singles, Matthew Abela rebaħ it-Tournament Internazzjonali tal-Badminton fil-Bolivja, fejn rebaħ il-finali fi tliet sets kontra Leo Lee tal-Paragwaj u kiseb midalja tad-Deheb.

Huwa żied ukoll midalja tad-Deheb oħra meta flimkien mas-sieħba u t-tfajla Pollakka tiegħu rebaħ il-mixed doubles kontra l-par Bolivjan G. Rosales / J. Sivora Puro f’2 sets konsekuttivi.

Dan ifisser li Matthew reġa’ għamel l-istorja billi sar l-ewwel Malti li qatt rebaħ tournament Uffiċjali (BWF) Intl mhux biss fis-singles iżda l-ewwel wieħed li rnexxielu jilħaq dan it-tragward fit-tliet kategoriji kollha fis-Singles u l-Mixed (fil-Bolivja) u fid-Doubles tal-Irġiel (1 ta’ Diċembru 2024 – Afrika t’Isfel).

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here