Tuesday, November 10, 2026
Home Sport Matthew Azzopardi jikteb l-istorja fl-atletika Maltija … jikkwalifika għall-finali tat-800 metru tal-irġiel...

Matthew Azzopardi jikteb l-istorja fl-atletika Maltija … jikkwalifika għall-finali tat-800 metru tal-irġiel fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ f’Dakar 2026

0
41

Matthew Azzopardi kiteb l-istorja fl-atletika Maltija billi kkwalifika għall-finali tat-800 metru tal-irġiel fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ f’Dakar 2026.

Iż-żagħżugħ ta’ 17-il sena spiċċa fil-ħames post fis-semifinali tiegħu b’ħin ta’ 1:58.09, u b’hekk assigura postu bħala l-aktar atleta veloċi fost dawk li ma kkwalifikawx awtomatikament.

Skont Athletics Malta, Azzopardi sar l-ewwel atleta Malti li wasal f’finali tal-atletika fil-Logħob Olimpiku taż-Żgħażagħ.

Illum, l-10 ta’ Novembru, huwa jerġa’ lura fuq il-korsa biex jikkompeti fil-finali.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here