Thursday, April 18, 2024

“Matthias konvint li qed tismana, kun anġlu għall-familjari tiegħek”

Aqra wkoll

Iż-Żejtun tati l-aħħar tislima lit-tfajjel qalbieni Matthias Borg

Ritratti – ALAN SALIBA

Dalgħodu, il-lokalità taż-Żejtun ingħaqdet ħaġa waħda biex tati l-aħħar tislima xierqa liċ-ċkejken Matthias Borg, tfajjel li fis-7 ta’ Settembru tilef il-battalja tal-marda rari Dermatomyositis.

Fil-Knisja Arċipretali ta’ Santa Katarina, ingħatat l-aħħar tislima lil Matthias li ftit xhur ilu, proprju fis-7 ta’ Mejju għalaq 10 snin. Hu kien ilu għal diversi xhur b’mod kuraġġuż u qalbieni jiġġieled il-marda rari. 

Matul l-omelija, Fr Dillon Bugeja, irrefera għal Matthias bħala proġett li Alla ħejja għal kull wieħed u waħda minna. Kompla jgħid li huwa konvint li bħalissa “Matthias qiegħed jismana.” Fr Dillon sellem lil Matthias billi qallu biex ikun “l-anġlu għall-familjari tiegħu.”

Matul iċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa spikka l-kulur abjad, fil-fatt dawk preżenti laqgħu l-appell biex kull min jattendi jilbes il-kulur abjad.

Ekonomija

Sport