Thursday, July 23, 2026
Home Sport Matthijs De Ligt jiġi mwarrab minn Bayern Munich

Matthijs De Ligt jiġi mwarrab minn Bayern Munich

0
350

Sitwazzjoni ferm kkumplikata għal Matthijs de Ligt ma’ Bayern Munich hekk kif mhux qed jilgħab b’mod regolari taħt il-kowċ Thomas Tuchel kuntrarju għal dak li kien imdorrija ma’ Julian Nagelsmann. 

Wara li t-tim mill-Bavarja akkwistawh staġun ilu għas-somma ta’ 70 miljun ewro mingħand Juventus il-wasla ta’ Kim Min Jae kkumplikata xi ftit ħajtu. Dan tal-aħħar qed jispikka l-istess bħalma għamel ma’ Napoli fl-istaġun li għadda b’ De Ligt li qed jaħsibha serjament imurx b’self ma’ xi klabb ieħor f’Jannar.