Wednesday, April 24, 2024

Mauricio Pochettino ħerqan li jirritorna fit-tmexxija ta’ club fil-Premier League fl-Ingilterra

Aqra wkoll

L-ex manager ta’ Tottenham Hotspur u Paris Saint-Germain, Mauricio Pochettino, huwa ħerqan li jirritorna fit-tmexxija ta’ club fil-Premier League.

Minkejja li rebaħ il-Ligue 1, il-Coupe de France u t-Trophee des Champions f’perjodu ta’ 18-il xahar ma’ PSG, Pochettino tkeċċa mill-kariga tiegħu mill-Pariġini aktar kmieni din is-sena.

In-nuqqas li jirbaħ taċ-Champions League fil-Parc des Princes wassal lill-bord ta’ PSG biex jeħles lill-coach ta’ 50 sena mid-dmirijiet tiegħu, hekk kif il-club mill-kapitali Franċiża safa eliminate mill-kompetizzjoni Ewropea minn Real Madrid fl-istadju tal-aħħar 16 fl-istaġun 2021-22.

Sport