Wara l-eliminazzjoni mill-UEFA Champions League flimkien mat-telfa ta’ 2-1 f’darhom kontra Udinese fis-Serie A, ħarġet l-aħbar li Maurizio Sarri, issottometta r-riżenja tiegħu minn coach ta’ Lazio.
Huwa kellu laqgħa taħraq mal-players u meta wasal fil-punt li għarrafhom li kien qed jikkunsidra li jirriżenja, ħadd mill-players ma wera appoġġ biex jibqa’ fit-tmexxija … u għaldaqstant mar fl-uffiċċju tal-president, Claudio Lotito, fejn innotifikah li ma kienx se jibqa’ jmexxi lit-team.