Hekk kif Lazio kisbu post fil-UEFA Champions League tal-istaġun li ġej, il-kowċ Maurizio Sarri jrid li l-iskwadra tiegħu tissaħħaħ dejjem aktar b’erba’ jew ħames plejers sabiex tkun kompetittiva wkoll fl-Ewropa.
Minkejja li l-president ta’ Lazio Claudio Lotito hu magħruf li ma tantx iħobb jonfoqhom, bħal donnu jrid jikkuntenta lill-eks kowċ ta’ Napoli li rnexxielu jwassal lit-tim sat-tieni post tal-klassifika u jiggarantixxi post f’din il-kompetizzjoni Ewropea.
Lazio jilagħbu għada kontra Cremonese f’logħba li huma favoriti li jirbħuha.