Friday, May 17, 2024

Mauro Icardi segwit minn Newcastle United

Aqra wkoll

Newcastle United lesti jissieltu ma’ Juventus u Tottenham Hotspur għall-firma tal-attakkant ta’ Paris Saint-Germain, Mauro Icardi.

L-attakkant ta’ 28 sena diġà skorja tliet goals fl-istaġun tal-Ligue 1 2021-22 iżda sabha diffiċli biex jibda mal-ewwel 11 minflok Lionel Messi, Neymar u Kylian Mbappe fl-attakk tal-Pariġini.

Il-kuntratt ta’ Icardi fil-Parc des Princes għandu jibqa’ għaddej sas-sajf tal-2024, iżda l-attakkant jidher li se jħalli l-club is-sena d-dieħla jekk is-sitwazzjoni tal-logħob tiegħu ma titjiebx.

Juventus u Tottenham it-tnejn ġew ikkreditati b’interess f’Icardi hekk kif qed ifittxu li jsaħħu l-għażliet fl-attakk tagħhom, iżda, Newcastle jinsabu wkoll fit-tellieqa.

Il-Magpies huma mistennija li jakkwistaw diversi players wara li ttieħdu minn konsorzju mill-Arabja Sawdita, b’Kalidou Koulibaly u Philippe Coutinho wkoll jisnabu marbuta ma’ ċaqliq ma’ Newcastle.

Icardi skorja 36 goal fi 72 logħba għal PSG minn mindu inizjalment ingħaqad magħhom b’self mingħand Inter fis-sajf tal-2019.

Sport