Max Verstappen issielet u rkupraw biex għeleb lil Lewis Hamilton u Fernando Alonso u rebaħ l-isprint race tal-Grand Prix taċ-Ċina.
Lando Norris, li beda fil-pole position, skiddja fl-ewwel kantuniera biex jipprova jiskapula lil Mercedes ta’ Hamilton.
Is-sewwieq tar-Red Bull, Verstappen ħa ftit dawriet biex sab saqajh iżda ma damx ma sab għadda lir-rivali tiegħu u qabez fuq quddiem.
Alonso kellu jċedi fl-aħħar ħin għas-spejjeż ta’ Carlos Sainz (Ferrari), li iżda, ġie megħlub minn Sergio Perez tar-Red Bull biex temm fit-tielet pożizzjoni.
Sainz imbagħad issielet ma’ sieħbu Charles Leclerc, biż-żewġ Ferrari jidħlu ras imb’ras iżda kien Leclerc li daħal fir-raba’ post li xejn ma deher kuntent hekk kif ġie attakkat mill-kollega tiegħu stess.