Wednesday, April 24, 2024

Maxine Formosa Gruppetta ftit sigħat bogħod mill-finali ta’ Miss Universe

Aqra wkoll

Fis-sigħat li ġejjin, Maxine Formosa Gruppetta se tirappreżenta lil pajjiżna fil-finali tal-71 edizzjoni tal-Miss Universe li se ssir fi New Orleans, l-Istati Uniti.

It-tfajla Maltija se tkun qiegħda tikkompeti ma’ 84 tfajla oħra li se jkunu qegħdin jirrappreżentaw lil pajjiżhom f’dan il-konkors tant prestiġjuż.

Huwa mistenni li madwar biljun persuna minn madwar id-dinja jsegwu s-serata tal-lejla li tibda għall-ħabta tas-7:00 p.m (fl-Istati Uniti) li jkunu s-2:00 a.m (f’Malta).

Ir-rebbieħa tingħata l-kuruna minn Harnaaz Sandhu, l-Indjana li rebħet l-aħħar edizzjoni ta’ dan il-konkors.

Sport