Wednesday, December 25, 2024

Maxine Formosa Gruppetta tirbaħ Miss Congeniality f’Miss Universe

Aqra wkoll

Iż-żagħżugħa Maltija ta’ 22 sena żammet kelmitha li tgħolli l-bandiera Maltija kemm jista’ jkun ’il fuq. Dan hekk kif fis-serata finali ta’ Miss Universe, Maxine Formosa Gruppetta rnexxielha tirbaħ il-Congeniality Award u tnaqqax isimha fl-istorja ta’ pajjiżna fejn jidħol dan il-konkors daqstant prestiġjuż.

Dan il-premju jingħata lill-mara jew nisa li jispiraw lill-bqija tal-kontestanti bl-enerġija, l-ispirtu u l-qalb tajba tagħhom. Fil-kummenti tagħha Maxine qalet li ħafna jaħsbu li waqt tali konkors ikun hemm ħafna għira, iżda mhux il-każ, anzi vera kien hemm ħbiberija pożittiva u min-naħa tiegħha dawn il-valuri tafhom lill-għażiża ommha.

Maxine, flimkien ma’ Sofía Depassier, li rrappreżentat liċ-Ċilì, rebħet l-ewwel premju f’isem Malta f’dan il-konkors ta’ sbuħija, li hu segwit minn bosta madwar id-dinja kollha.

R’Bonney Gabriel mill-Istati Uniti rebħet il-71 edizzjoni ta’ Miss Universe wara li s-sena li għaddiet, saret l-ewwel Filippina-Amerikana li rebħet Miss USA.

Ekonomija

Sport