Sunday, November 24, 2024

McDonald’s tixtri lura l-ħwienet tagħha f’Iżrael

Aqra wkoll

McDonald’s, il-kumpanija gġanteska tal-fast food se tixtri lura r-ristoranti kollha
li għandha f’Iżrael wara li ffaċċjat bojkott b’reazzjoni għall-gwerra bejn l-Iżrael l-Hamas. Il-kumpanija qalet li laħqet ftehim mal-franchisee Alonyal għar-ritorn ta’
225 ħanut madwar il-pajjiż li jimpjegaw 5,000 ħaddiem.

McDonald’s kienet ikkritikata wara li Alonyal beda jagħti eluf ta’ ikliet b’xejn lis-suldati Iżraeljani. Nhar il-Ħamis, McDonald’s qalet li kien iffrmat ftehim ma’ Alonyal li ilha tmexxi l-katina ta’ Golden Arches f-Iżrael għal aktar minn 30 sena.

Il-bejgħ fr-reġjun naqas minn meta beda l-kunfitt f’Ottubru li għadda. Il-kumpanija Amerikana flwaqt li qalet li r-ristoranti, l-operazzjonijiet u l-impjegati se jinżammu b’kundizzjonijiet ekwivalenti sostniet li se tibqa impenjata għas-suq
Iżraeljan.

Il-bojkott tqanqal wara li pajjiżi b’maġġoranza Musulmana bħall-Kuwajt, il-Malasja u l-Pakistan ħarġu dikjarazzjonijiet li se jżommu ‘l bogħod minn McDonald’s
għall-appoġġ perċepit tagħha għall-Iżrael. Protesti vokali ttellgħu mad-dinja kollha
hekk kif il-bojkott nfrex anki lil hinn mill-Lvant Nofsani.

F’Jannar, McDonald’s ammettiet li l-kunfitt kellu effett sinifkanti fuq l-andament tagħha bin-negozju f Franza, l-Indoneżja u l-Malasja jbatu, għalkemm il-kummerċ tagħha fl-Lvant McDonald’s tixtri lura l-ħwienet tagħha f’Iżrael Nofsani kien l-aktar u lagħar affettwat.

McDonald’s iżda ddeskriviet il-bojkot bħala “skoraġġanti u mhux fondat”. Il-kumpanija tiddependi fuq eluf ta’ negozji indipendenti biex topera ħafna mill-aktar minn 40,000 ħanut tagħha madwar id-dinja. Madwar 5% minnhom jinsabu fl-Lvant Nofsani. F’kull pajjiż fejn topera, inkluż f’pajjiżi Musulmani, McDonald’s hija rappreżentata minn operaturi ta’ sidien lokali.

Il-kumpanija se tkun qed tittama li billi tieħu n-negozju Iżraeljan lura tista’ terġa’ tirrestawra r-reputazzjoni tagħha fl-Lvant Nofsani u tilħaq il-miri ewlenin tal-bejgħ tagħha għal darb’oħra. Ħafna mill-Medda ta’ Gaża ġiet meqruda waqt l- operazzjonijiet militari Iżraeljani li bdew wara li irġiel armati mmexxija mill-Ħamas
attakkaw in-Nofsinhar ta’ Iżrael fs-7 ta’ Ottubru, fejn dakinhar qatlu madwar 1,200 ruħ u ħatfu 253 ostaġġ.

Madwar 130 mill-ostaġġi għadhom miżmuma, u tal-inqas 34 minnhom huma
preżunti mejta. Aktar minn 33,000 persuna nqatlu f’Gaża minn dakinhar, jgħid il-ministeru tas-saħħa tat-territorju mmexxi mill-Ħamas.

Sport