Saturday, May 18, 2024

Training Camp tal-Għid minn Paola Volleyball Club

Aqra wkoll

Ftehim milħuq bejn Paola Volleyball Club u Akademia Sant’Anna minn Messina l-Italja f’Diċembru li għadda, diġà qiegħed jagħti r-riżultati mixtieqa. Fil-fatt, il-kowċ professjonali tal-klabb Taljan u l-head tan-nursery Norma Pilota, kienet f’pajjiżna fl-aħħar jiem u mexxiet kamp ta’ taħriġ għat-timijiet kollha fi ħdan il-klabb Malti. Il-kamp ta’ taħriġ kien imqassam fuq tlett ijiem u nkluda sessjonijiet teoretiċi u anki prattiċi.

Il-President tal-klabb ta’ Paola, Dr Kenneth Vella, filwaqt li rringrazzja lil Fabrizio Costantino, President tal-klabb Sqalli tas-sapport tiegħu, tenna li dan il-kamp ta’ taħriġ offra esperjenza ġdida għal fuq minn 90 tifla li jagħmlu parti min-nursery tal-klabb u anki lill-plejers tat-timijiet il-kbar. Waqt is-sessjonijiet, Pilota kienet mgħejjuna primarjament minn Carmen Gauci, kowċ ewlenija fi hdan il-klabb. Il-klabb Taljan bħalissa qiegħed jisfida biex ikun promoss fis-Serie A1.

Fil-ġimgħat li ġejjin coaches u players tan-nursery tal-club ta’ Paola se jkollhom ukoll iċ-ċans li jivvjaġġaw lejn Messina u jattendu għal sessjonijiet ta’ taħriġ flimkien ma’ coaches u players Taljani.

Sport