Monday, May 13, 2024

Sentenza sospiża għal mara li ffalsifikat l-blue badge ta’ ommha sabiex tipparkaja

Aqra wkoll

Mara ta’ 50 sena ingħatat sentenza sospiża, wara li tressqet il-Qorti, akkużata li ffalsifikat il-badge blu ta’ ommha sabiex tkun tista’ tibbenefika minn mill-parkeġġi riservati għal dawk bi problemi ta’ mobilità.

Quddiem il-Maġistrat tal-Għassa Astrid May Grima, Annelise Calleja kienet akkużata li għamletużu minn dokument iffalsifikat. Il-Qorti spjegat li l-blue badge hija dokument legali maħruġ lis-sewwieqa b’restrizzjonijiet severi u permanenti ta’ mobilità li jippermettilhom jipparkjaw f’postijiet riżervati speċifiċi.

Il-Prosekuzzjoni spjegat kif l-akkużata għamelt kopja tal-blue badge ta’ ommha. Hi nqabdet wara li użat il-blue badge sabiex tipparkja fl-ispazji tal-parkeġġ riservati għal persuni b’diżabilità fl-Isptar Mater Dei lura għal Settembru ta’ sentejn ilu.

Sport