Monday, December 9, 2024

Mediċina kontra l-Covid-19 qed tkun żviluppata f’Malta

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Kumpanija rinomata tal-famaċewtika f’Malta għaddejja b’riċerka klinika f’Malta intiża biex tiżviluppa faċilità ċertifikata ta’ GMP f’doża likwida biex titnuża kontra l-infjammazzjoni mill-Covid-19.  Il-prodott li għaddejja ir-riċerka fuqu hu ArtemiC.  Biex qed issir din ir-riċerka, il-Gvern Malti permezz tal-Malta Enterprise għen lil din il-kumpanija b’$5 miljuni.  Din il-kumpanija għandha ukoll proġett f’pajjiżna b’rabta mal-kannabis mediċinali u dan il-proġett għadu għaddej ukoll.

Din il-kumpanija, tispeċjalizza fil-produzzjoni ta’ mediċini  u proprju fl-aħħar jiem ibbenefikat minn għotja tal-gvern biex tiżviluppa l-mediċina ġdida li qed tagħmel riċerka dwarha b’rabta mal-Covid-19.  

Din l-għajnuna setgħet tingħata wara li l-Malta Enterprise kienet ħabbret f’Ġunju li għadda li hi kienet lesta tgħin sa 80 fil-mija fl-ispiża ta’ prodotti  u proġetti marbutin mal-kura kontra l-Covid-19. L-għajnuna tista’ tingħata ukol għal min jiddeċiedi li jibdew il-produzzjoni u jibda jiffoka fuq prodotti marbutin mal-kura kontra l-Covid-19. 

Hu mistenni li kif MGC tlesti l-investiment f’din il-faċilità f’Malta, din se tkun f’pożizzjoni b’saħħitha ħafna biex tqassam il-mediċina minn Malta. Jidher li l-ewwel swieq li se jkunu qed jibbenefikaw minn dan il-prodott riċerkat f’Malta se jkunu Israel, ir-Russja u pajjiżi fil-Balkani. 

Il-faċilità f’Malta li qed titħejja, tinsab f’fażi avvanzata ħafna u din mistenni tkun lesta sat-tieni kwart ta’ din is-sena. 

Roby Zomer, Ko-Fundatur u Direttur Maniġerjali ta’ MGC Pharma, iddikjara li “MGC Pharma hi kommessa għal operazzjoni f’Malta u qed taħdem biex Malta tibni industrija responsabbli u vijabbli  fejn tidħol l-industrija tal-mediċina mill-kannabis.”

Hu saħaq li “qegħdin naħdmu mill-qrib mal-awtoritajiet Maltin u mal-Malta Enterprise. Għandna opportunità tremenda li nistabbilixxu hub Ewropew għal dan il-prodtti kontra l-infjammazzjoni mill-Covid19. Dan il-prodott li qed naħdmu fuqu, ArtemiCTM, qed ikollu riżultati pożittivi ħafna”.

Il-Kap Eżekuttiv ta’  Malta Enterprise, Kurt Farrugia, spjega li hemm kollaborazzjoni bejn MGC u l-Malta Enterprise. Tenna li “kburin li bil-ħidma ta’ MGC, se jkollna l-produzzjoni ta’ ArtemiC, trattament li  hu effettiv kontra. l-Covid19. Il-produzzjoni ta’ ArtemiC f’Malta se jkompli jsaħħaħ il-pożizzjoni ta’ Malta bħala l-hub ideali għal manifattura avvanzati u żvilupp xjentifiku.”

Ekonomija

Sport