Saturday, May 4, 2024

L-awtoritajiet Indonesjani jikkonfermaw is-sejba ta’ fdalijiet umani waqt tfittxijiet fil-baħar

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Minbarra fdalijiet tal-ajruplan li ġġarraf fl-aħħar sigħat, uffiċjali fl-Indonesja qed jgħidu li nstabet ukoll evidenza oħra.

Fl-aħħar sigħat flotta żgħira ta’ vapuri u numru ta’ għaddasa kienu għaddejjin bi tfittxija fil-post li kien qiegħed ikun meqjus bħala dak li fih tilef il-kuntatt l-ajruplan tat-tip Boeing 737 li kellu abbord 62 persuna.

Skont l-awtoritajiet minbarra partijiet mill-ajruplan ġew rikoverati wkoll fdalijiet umani.

Aktar kmieni: L-awtoritajiet Indonesjani qed jgħidu li identifikaw il-post fil-baħar fejn jemmnu li ġġarraf l-ajruplan tal-passiġġieri tat-tip Boeing 737. L-ajruplan li kien qiegħed iġorr 62 passiġġier, tilef il-kuntatt mar-radar tal-kontrolli ftit minuti biss wara li ħalla l-ajruport ta’ Jakarta. 

Aktar minn 10 bastimenti u numru ta’ għaddasa ntbagħtu fil-post, filwaqt li l-investigaturi qed jinvestigaw materjal li qed ikun maħsub li hu tifrik mill-ajruplan.L-operazzjoni tat-tfittxija u s-salvataġġ ġew sospiżi matul il-lejl iżda kellhom jitkomplew kmieni dalgħodu.

L-ajruplan mhuwiex tat-tip 737 Max, il-mudell li kien twaqqaf milli jopera bejn Marzu u Diċembru tas-sena li għaddiet minħabba żewġ inċidenti fatali.

Aqra wkoll:

https://www.inewsmalta.com/2021/01/aggornat-jinstab-xi-tifrik-fil-bahar-ajruplan-indonezjan-jisparixxi-ftit-wara-li-jitlaq-mill-ajurport/

Sport