Sunday, December 29, 2024

Mediċina li tgħin fit-telf tal-piż tista tgħin fil-kura ta’ l-Alzheimer

Aqra wkoll

Minn studju li sar riċentament irriżulta li l-mediċina użata għat-telfien tal-piż, tista’ tkun ta’ għajnuna sabiex jintaqqas il-volum u r-ritmu tad-deterjorament tal-moħħ tan-nies li jbatu mill-marda tal-Alzheimers li tikkawża problemi fil-memorja, fil-ħsieb u fl-imġieba.

Dan l-istudju ġie ppublikat waqt konferenza internazzjonali tal-Assoċjazzjoni tal-Alzheimer fl-Istati Uniti, fejn ġie suġġerit li din il-mediċina, magħrufa bħala ‘Saxenda’, tista’ tgħin fil-memorja u fil-ħsieb. In-numru ta’ nies li jgħixu bid-dimenzja globalment huwa mbassar li kważi jittripla u jilħaq il-153 miljun sas-sena 2050,  li skont l-esperti dan jippreżenta theddida li qed tikber b’rata mgħaġġla għas-sistemi futuri tal-kura tas-saħħa u soċjali.

Uffiċjal tax-xjenza tal-Assoċjazzjoni tal-Alzheimer, Dr Maria Carrillo qalet li qegħdin f’era bla preċedent, bi trattamenti ġodda f’diversi stadji ta’ żvilupp li jnaqqsu jew possibilment jistgħu jipprevenu t-tnaqqis tal-marda tal-Alzheimer.

Ekonomija

Sport