Saturday, May 18, 2024

Medja ta’ 20 riċerkatur iżuru l-Bibljoteka kuljum

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Maltahija sors ewlieni għal riċerka u studji varji. Dan joħroġ mill-fatt illi medja ta’ 20 riċerkatur kuljum iżuru l-bibljoteka għal dan l-iskop.

Huwa fatt ukoll li mhux biss Maltin imma wkoll barranin jagħmlu r-riċerka tagħhom hawnhekk, prova tar-rikkezza f’dawk li huma dokumenti u kitbiet li għandha l-Bibljoteka.

F’intervista ma’ dan is-sit, Joanne Sciberras – Director Library Operations fi ħdan l-entità Malta Libraries Joanne Sciberras qalet illi kien il-Gran Mastru De Rohan li kkummissjona l-bini tal-Bibljoteka sabiex tkun il-post fejn kollezzjoni tal-Kavallieri tkun priservata u kundizzjonata. Madankollu, il-Gran Mastru ma rax it-tlestija tal-binja tal-Bibljoteka minħabba li kienu tkeċċew minn Malta mill-Franċiżi. Tant hu hekk, illi l-Bibljoteka ġiet inawgurata meta Malta kienet taħt l-Ingliżi.

Bħala funzjoni, illum il-Bibljoteka Nazzjonali hi Bibljoteka repożitorja, li fiha tilqa’ mhux biss kollezzjonijiet storiċi bħall Arkivji tal-Ordni ta’ San Ġwann iżda wkoll kollezzjoni ta’ xogħlijiet Maltin, gazzetti, manuskritti, kotba, mapep u pjanti fost oħrajn.

Fl-intervista, Sciberras spjegatilna li l-liġi titlob li kull pubblikazzjoni ta’ xogħlijiet minn awturi jridu jiġu depożitati, kopja lill-Bibljoteka Nazzjonali ta’ Malta u kopja oħra lill-Bibljoteka t’Għawdex.

Il-popolarità tal-Bibljoteka Nazzjonali tirrifletti minn kemm nies barranin iżuru l-Bibljoteka għal diversi raġunijiet, l-aktar għal skop ta’ studju u riċerka. Il-viżitaturi ma jinkludux biss adulti imma wkoll tfal u studenti. Sciberras żiedet tgħid li ta’ sikwit isiru attivitajiet f’din il-binja sabiex kemm jista’ jkun jilħqu aktar nies li jista’ jkun li qatt ma daħlu fiha qabel. “Il-Bibljoteka hi miftuħa għal kulħadd. Kull sena nilgħu l-Baroque Festival, in-Notte Bianca u norganizzaw numru ta’ lectures b’temi differenti. Kull xahar ikun hawn public lecture li tkun miftuħa għal kulħadd bla ħlas. Dak li jkun jista’ jiġi jara din il-binja u jesperjenza l-Bibljoteka,” hija żiedet tgħid.

Mistoqsija dwar x’inhuma l-isfidi ewlenin li jaffaċċjaw, Sciberras qalet li fil-qasam tar-riċerka, l-akbar sfida hi li jġibu żgħażagħ mill-Università li qed jistudjaw, li jagħżlu l-Bibljote- ka biex imorru jagħmlu r-riċerka tagħhom hemm.

“Irridu nikkollaboraw mad-Dipartimenti tal-Università. Waħda mill-isfidi hi l-lingwa. Għandna ħafna mill-manuskritti li mhumiex bl-Ingliż. Huma bit-Taljan, bil-Franċiż, bil-Latin, bl-Ispanjol jew bil-Portugiż.

Għaldaqstant xi kultant dak li jkun imur mill-ewwel għal-lingwa Ingliża jew għal-lingwa Maltija moderna.”

“Hi xi ħaġa li qed naħdmu fuqha u nittamaw li nerġgħu nġibu dan il-post mimli daqs bajda,” temmet tgħid Sciberras.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport