L-attakkant internazzjonali Iranjan Mehdi Taremi jinsab fil-belt ta’ Milan hekk kif se jiffirma ma’ Inter għall-istaġun li ġej. Il-plejer ta’ 31 sena temm il-kuntratt tiegħu ma’ Porto wara erba’ snin jilgħab magħhom. B’kollox hu deher 122 logħba u skorja 64 gowl mat-tim li jilgħab fl-ogħla kampjonat Portugiż.
Taremi se jkompli jsaħħaħ l-attakk ta’ Inter u mistenni jkun kollega ideali ta’ Lautaro Martinez li kien l-aqwa skorer tan-Nerazzurri matul l-istaġun li għadda.